Il-Bidu
F’Lulju li ghadda bdiet l-esperjenza tieghi ma Sporting Smontor. Kien f’dak iz-zmien li nzilt ghall-ewwel darba ghat-tahrig u ntqajt mal-membri l-ohra ta’ l-iskwadra, li llum insejhilhom hbieb. Prattikament ma kont naf lil hadd izda malajr bdejt nintegra fit-team. Mill-ewwel is-serjeta u l-atmosfera waqt it-tahrig gibduni lejn dan i-team.
Iz-zmien beda ghaddej gmielu. L-iskwadra kompliet tikber u tissahhah bi players godda li bdew jinghaqdu maghna. B’dizapunt ukoll matul daz-zmien tlifna xi players validi li minhabba mpenji ohra ma setghux ikomplu maghna f’din l-esperjenza. Nammetti li kien hemm xi mumenti li bdew dihlin xi dubji kemm l-esperjenza ta' Smontor kienet se tkompli izda bil-hegga u determinazzjoni ta’ kull player, coaches u membri tal-kumitat ghadna ghaddejin u illum qeghdin nemmnu aktar fina nfusna u nemmnu li nistghu nirnexxu. L-ghaqda ta’ bejnietna kompliet tghin f’dan ir-rigward.
Progress
Matul dawn l-erba’ xhur nemmen li dan it-team ghamel progress fuq zewg aspetti li huma importanti ghal kwalunkwe sport. Aspett minnhom huwa it-teknika tal-loghba. Sirna nilghabu aktar bi hsieb u bi pjan u dan sar ghal mertu tal-coaches taghna li haddmu hafna. Ukoll matul daz-zmien tejjibna b’mod eccelenti r-relazzjoni u hbiberija ta’ bejnietna. Mill-ewwel friendly ghall-ahhar wahda li laghbna urejna progress tajjeb hafna.
Debutt
Izda issa wasalna ghal mument tal-prova fejn ix-xoghol li sar f’dawn l-ahhar xhur irid jissarraf. Ma narax li l-ewwel loghba se tkun f’atmosfera ta’ ‘do or die’ izda kull wiehed minnha jixtieq li nibdew din l-esperjenza b’mod posittiv u li fid-debutt ta’ Smontor ingibu rizultat tajjeb. Kullhadd hu konxju li hafna minna se tkun prattikament l-ewwel esperjenza fil-loghba tal-futsal izda zgur li l-ebda membru tat-team mhu lest li jinzel fil-pitch biex jitlef. Kull loghba se ninzlu ghaliha b’determinazzjoni u biex nirnexxu.
Maghqudin
Ftit jiem ohra u nkunu qed nilghabu l-ewwel loghba ufficjali ghal dan l-istagun. Stagun li ghandu ghaddej sa Mejju ghalhekk huwa importanti li f’kull cirkostanza nibqghu maghqudin. Zgur li matul l-istagun ha jkollna mumenti sbieh u mumenti li fihom ha nkunu dizzapuntati. F’dawn il-mumenti se jkun it-test ta’ vera ta’ fejn ikun wasal dan it-team. Nemmen li kapaci nissuperawh.
Grazzi u Awguri
Fl-ahhar nixtieq nirringrazzja u anki nawgura stagun tajjeb lil kull min b’xi mod jahdem f’dan it-team. Nibda mill-membri kollha tal-kumitat li jaghtu hafna hin lil dan it-team, liz- zewg Coaches Renzo u Kenneth, lil players kollha li jaghmlu parti minn Smontor u lil kull min b’xi mod ta jew sa jaghti l-appogg tieghu lilna. GRAZZI!!
Nintaqghu il-Hamis fit-20:30 gewwa Haz Zabbar ghall-ewwel loghba kontra Charline Stars.
Prosit Lydon! Spirtu sabih dan tieghek u li juri x'karatrru int! prosit u ibqa mmotiva lit-tim kif diga qed tghamel.
ReplyDeleteVera ftit itwal biex tghidha Forza Sporting Smontor! minn Forza Trampi! imma looking forward li nsir ultra taghkom ukoll :) so Forza Sporting Smontor..u tinsewx kemm hu importanti spirtu sabih..rebha ghal tim li mhux maghqud tfisser hafna inqas ghal tim li hu maghqud..skond jien li ma nifhimx :) good luck!
ReplyDeleteForza Smontor bizzejjjed Sarah. Int ma tghidx Forza AC Trampi, le?! :)
ReplyDeleteGhalhekk...Forza Smontor!
U proset Lydon tal-inizjattiva. Nixtiqilkom performance tajba u esperjenza aqwa!
J
Awguri lilek Lydon u lit-tim kollu!
ReplyDeleteNispera li l-ewwel loghba tghamlilkom kuragg tkomplu tahdmu flimkien ghal gid tat-tim.
Maria