Fl-ahhar Waslet!!!!!
Fl-ahhar 3 gimghat beda l-kampjonat li tant konna ilna nahdmu ghalih. Sal-lum laghbna 3 loghbiet li varjaw kemm fir-rizultati u kemm fil-prestazzjonijiet minn loghba ghall-ohra. Kull loghba kien fiha storja differenti.
Id-debutt.
Fil-11 ta’ Novembru kienet il-gurnata mistennija minn kulhadd. It-team ta’ Sporting Smontor kien se jaghmel id-debutt tieghu fit-Futsal. Kulhadd kien emozzjonat u iktar u iktar ecitat. Kellna naghmlu id-debutt taghna kontra Charline Stars. Personalment hassejtni li qisni ha nilghab l-ewwel loghba ta’ hajti. Intqajna siegha qabel il-loghba u xi ftit tensjoni kienet tinhass ukoll. Fil-hin tal-loghba, l-ecitament li qed naghmlu d-debutt inhass u nahseb ukoll li hadem kontrina. L-ewwel taqsima konna naqra mitlufin u ghalkemm ghamilna hilitna biex naghtu li nafu izda tensjoni rebhitna u prestazzjoni ma kinitx dik mixtieqa. Fit-tieni taqsima, meta rizultat kien kollu kontrina l-prestazzjoni taghna tjiebet. Wara l-loghba, minkejja t-telfa ta’ 7-1 l-atmosfera bejnietna ma kinitx wahda negattiva izda kienet arja t’ottimizmu.
Kontra Hibernians F.C.
Gimgha wara intqajna kontra Hibernians. Konna konxji li dan se jkun l-itqal team li se naffrontaw fil-grupp. L-isem ukoll tana x’nifmu li se tkun loghba tqila u kif fil-fatt kienet. Personalment sakemm bdiet il-loghba bqajt nipprova nipperswadi lili nnifsi li kapaci naghtu loghba lil kulhadd.Izda i-istorja grat bil-kontra ta’ l-ewwel loghba. Il-prestazzjoni fl-ewwel taqsima kienet wahda accettabli hafna izda fit-tieni taqsima kienet wahda dizastruza. M’emminix li ahna kapaci u kif bdew jaslu il-goals kontrina waqawna l-moral totalment. Ir-rizultat kien wiehed dizastruz ukoll. Izda mill-hazin tiehu li tista u hekk ghamilna. Ridna li minn din il-loghba niehdu taghlima ghal kumplament ta’ l-istagun. U hadna aktar minn wahda izda l-aktar taghlima importanti kienet li ahna team wiehed kemm fit-tajjeb u kemm fil-hazin. Matul il-granet ta’ wara iddiskutejna flimkien mal-coaches fuq affarijiet li stajna nirrangaw u nahseb nazzarda nghid li mn’Alla gara li gara f’dik il-loghba. Ghinitna nifhmu x’inhu t-team taghna u liema naha jehtieg nigbdu il-habel. Zgur li issa kollha kemm ahna bdejna nigbdu l-istess habel u f’direzzjoni wahda.
L-ewwel Rebha
Matul it-tahrig li kellna bi preparazzjoni ghal din il-loghba hdimna hafna kemm tattikament u kemm psikologikament. Fuq nota personali bdejt inhoss li rizultat posittiv f’din il-loghba kien importanti hafna. Izda dal-hsieb zammejtu ghalija ghaliex ma ridx li b’xi mod immur kontra xi hsieb differenti li seta’ kellu il-coach. Izda mit-‘talk’ ta’ qabel il-loghba ndunajt li l-Coach kellu l-istess hsieb u kien ta’ l-istess fehma li r-rizultat kien importanti f’din il-loghba ghalkemm id-diskors tieghu ma kinx daqshekk dirett. L-avversarji taghna ghal din it-tielet loghba tal-kampjonat kienu ir-Real Amazon. L-ewwel taqsima kellna prestazzjoni tajba hafna fejn dhalna nistriehu bl-iskor ta’ 2-0. Hloqna diversi azzjonijiet u il-loghba taghna kienet wahda pjacevoli. Fit-tieni taqsima l-prestazzjoni naqset u cedejna naqra l-inizzjativa lill- avversarji li wkoll irnexxilhom isibu l-goal li dahhalhom fil-partita. Dal-goal gab ukoll pressjoni kbira fuqna u anki tnisslet il-biza li stajna nitilfu l-loghba. Dan geghlna nirtiraw lura u wasalna sal-lasta avversarja f’mumenti rari biss. Izda fl-ahhar sekondi tal-partita skurjajna l-goal li ghalaq il-loghba u erbahna bl-iskor ta’ 3-1.Wara l-loghba kulhadd kien kuntent bir-rizultat u bil-fatt li waslu l-ewwel 3 punti tal-kampjonat.
Inkomplu Nahdmu.
Issa li giet l-ewwel rebha jehtieg li nibqghu nahdmu u koncentrati. Kulhadd huwa konxju li minkejja li erbahna baqa hafna oqsma li jehtieg nahdmu fuqhom. Izda ma rridux ninsew li hemm affarijiet li ghamilna progress fihom u dawn ghandhom jaghtuna l-kuragg biex inkomplu nahdmu fuq l-affarijiet li jehtieg intejbu. Qabel il-waqfa ghal festi jmissna nilghabu r-raba’ loghba tal-kampjonat umbghad gimgha wara ghadna l-loghba ta’ ‘knock out’ kontra t-team tal-Hibernians. Jehtieg li minghajr ma naraw kbir inkomplu nibnu fuq it-tajjeb u nirrangaw il-hazin ghaz-zewg konfronti li jmiss u ghaliex le nipprovaw ukoll ngibu rizultat iehor posittiv.
Nixtieq f’ismi u f’isem l-iskwadra kollha nawgura fejqan lil Noel Falzon li wegga waqt l-ewwel partita taghna. Nawgurawlu li jirritorna jilghab maghna ma jdumx. Ghalkemm imwegga baqa juri is-support lil players kollha u jimmotivana bil-grinta tieghu u “dan napprezzawh Habib”.
Vera qed jinhass spirtu sabih fit-tim u qed jghina fir-rizultati. L-ahwa bdejna nirrankaw, naqbdu l-momentum u nibqghu sejrin hekk!!!
ReplyDeleteForza Smontor